Limacorporate SMART SPACE 3D Mode D'emploi page 218

Table des Matières

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 35
L-apparat inkluż fil-Smart SPACE 3D Positioners System huwa ddisinjat għal pazjent partikolari u ma
jistax jintuża għat-trattament ta' xi pazjent ieħor.
3.2. WAQT L-OPERAZZJONI
L-apparat m'għandux jiġi mmodifikat bl-ebda mod. It-tibdil tad-daqs tat-3D Positioner(s) jista' jwassal biex dan/
dawn ma jaqbilx/jaqblux mal-anatomija tal-pazjent. Hija r-responsabbiltà tal-kirurgu jekk it-3D Positioner(s)
jinbidel/jinbidlu b'xi mod qabel, jew waqt il-kirurġija.
Il-Smart SPACE 3D Positioners System hija intenzjonata biex tintuża minn tabib fit-twettiq tal-kirurġija. Meta jiġi
fornut, l-apparat fil-pakkett MA JKUNX STERILI. Dan irid jiġi sterilizzat qabel ma jintuża fil-kirurġija.
Użah biss flimkien mal-istrumenti li jappartjenu għall-SMR Shoulder System u l-SMR TT Hybrid Glenoid
System ta' LimaCorporate. L-użu ta' strumenti minn manifatturi oħrajn jew l-użu ta' strumenti ddisinjati għall-
użu ma' sistemi oħrajn jista' jwassal għal tħejjija mhux xierqa tas-sit tal-impjant, pożizzjonament skorrett,
allinjament u twaħħil tal-apparat segwiti minn illaxkar tas-sistema, telf ta' funzjonalità, tnaqqis fid-durabbiltà
tal-impjant, u l-ħtieġa għal kirurġija ulterjuri.
Tapplikax forza eċċessiva fuq l-apparat. Il-marki fuq l-apparat użati biex jiġu indikati r-referenzi anatomiċi
u n-numru ta' identifikazzjoni għall-Case Report speċifiku jridu jkunu jistgħu jinqraw. Avża lir-rappreżentant
tiegħek jekk il-marki ma jkunux jistgħu jinqraw jew jekk in-numru ta' identifikazzjoni ma jikkorrispondix għall-
pazjent intenzjonat. Jekk m'intix ċert dwar il-korrispondenza tal-każ kirurġiku, tużax il-Smart SPACE 3D
Positioners System.
Fuq kull apparat li jappartjeni għal Smart SPACE 3D Positioners System huwa indikat kodiċi tal-identifikazzjoni
univokali. Il-kodiċi jorbot l-apparat b'mod li mhuwiex ambigwu mal-każ tal-pazjent, peress li l-istess kodiċi ta'
identifikazzjoni jkun preżenti fil-Case Report. Qabel ma tuża Smart SPACE 3D Positioners System, ivverifika
l-korrispondenza mal-kodiċi tal-każ.
3.2.1. L-UŻU TA' 3D ANATOMICAL MODELS
It-3D Anatomical Models huma biss rappreżentazzjoni 3D tal-kundizzjoni anatomika tal-pazjent, kif evalwat
preċedentement mill-kirurgu. Il-mudell irid jintuża bħala għajnuna għall-ippjanar ta' kirurġija.
3.2.2. L-IFFITTJAR TAT-3D POSITIONERS
It-3D Positioners huma ddisinjati biex jaqblu mal-impjant ippjanat skont l-anatomija tal-pazjent u l-istrumenti
tal-metall personalizzati. Il-wiċċ ta' appoġġ (l-għadma, il-qarquċa, it-tessut artab) għandu jkun kompletament
konformi ma' dak li hu deskritt fil-Case Report, sabiex ikun żgurat l-iffittjar tajjeb tat-3D Positioner. Ħu biżżejjed
ħin biex tiffittja t-3D Positioner fuq il-pazjent. Il-Case Report jindika l-pożizzjoni tat-3D Positioner f'relazzjoni
mal-anatomija tal-madwar. Ipprova pożizzjonijiet differenti u vverifika jekk it-3D Positioner jibqax f'postu.
Agħżel il-pożizzjoni l-iktar stabbli, fejn trid tiġi applikata l-inqas pressjoni sabiex it-3D Positioner jinżamm
f'postu. Timbottax it-3D Positioner 'l isfel b'wisq saħħa. Kun ċert li l-istrutturi anatomiċi kritiċi ma ssirilhomx
ħsara waqt l-iffittjar. L-iffittjar tat-3D Positioner jista' jiġi ppruvat fuq it-3D Anatomical Models qabel il-kirurġija.
Meta tinkiseb pożizzjoni stabbli għat-3D Positioner, waħħlu permezz ta' pinnijiet jew viti għat-twaħħil (jekk
ikunu preżenti).
218

Publicité

Table des Matières
loading

Produits Connexes pour Limacorporate SMART SPACE 3D

Table des Matières