3M DBI-SALA Mobi-Lok 2200094 Manuel D'instruction Pour L'utilisateur page 189

Table des Matières

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 87
2.5
SPAZJU GĦALL-WAQGĦA (FALL CLEARANCE): Figura 3 turi l-komponenti ta' Twaqqif ta' Waqgħa mill-Għoli. Għandu
jkun hemm biżżejjed Spazju għall-Waqgħa (Fall Clearance - FC) taħt l-utent biex tkun tista' tiġi mwaqqfa waqgħa qabel
ma l-utent jaħbat mal-art jew xi ostaklu ieħor. Il-Clearance hija affettwata min-numru ta' fatturi li jinkludu: (A) Tul
tal-Lanyard, (B) Lanyard Deceleration Distance (Distanza ta' Deċellerazzjoni tal-Lanyard) jew SRL Maximum Arrest
Distance (Distanza Massima tat-Twaqqif tal-SRL), (C) Harness Stretch (Kemm jinġibed l-Irbit tas-Sikurezza) u Tul u
Ssettiljar tad-D-Ring/Konnettur (tipikament Fattur ta' Sigurtà ta' 0.5 m (1.6 piedi)). Irreferi għall-istruzzjonijiet inklużi
mas-subsistema tiegħek tat-Twaqqif ta' Waqgħat mill-Għoli għal speċifikazzjonijiet marbuta mal-Kalkolu tal-Ispazju
għall-Waqgħa.
2.6
WAQGĦAT BI TBANDIL (SWING FALLS): Is-Swing Falls (waqgħat bi tbandil) iseħħu meta l-punt tal-ankraġġ ma jkunx
direttament fuq il-punt fejn isseħħ il-waqgħa (ara Figura 4). Il-forza tad-daqqa ma' oġġett waqt waqgħa bi tbandil tista' tikkawża
korriment serju jew mewt. Imminimizza l-waqgħat bi tbandil billi taħdem kemm jista' jkun direttament taħt il-punt ta' ankraġġ.
Tħallix li ssir swing fall (waqgħa bi tbandil) jekk hemm possibbiltà ta' korriment. Swing falls (waqgħat bi tbandil) iżidu b'mod
sinifikanti l-clearance meħtieġa meta jiġi wżat Apparat li Jinġibed Lura (Self-Retracting Device) jew subsistema oħra li tuża
konnessjoni b'tul varjabbli.
2.7
KOMPATIBILITÀ TAL-KOMPONENTI: It-tagħmir ta' 3M huwa maħsub għall-użu ma' komponenti u subsistemi
approvati ta' 3M biss. Sostituzzjonijiet jew bdil li jsiru b'komponenti jew subsistemi mhux approvati jistgħu jipperikolaw
il-kompatibilità tat-tagħmir u jistgħu jaffettwaw is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-sistema sħiħa.
2.8
KOMPATIBILITÀ TAL-KONNETTURI: Il-konnetturi huma kkunsidrati li huma kompatibbli mal-elementi ta' konnessjoni
meta jkunu ġew iddisinjati biex jaħdmu flimkien, b'mod li l-qisien u l-forom tagħhom ma jikkawżawx il-mekkaniżmi
tal-bibien (gate mechanisms) tagħhom jinfetħu aċċidentalment, irrispettivament minn kif jorjentaw ruħhom. Ikkuntattja lil
3M jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar kompatibbiltà.
Il-konnetturi (ganċijiet, carabiners, u D-Rings) għandhom ikunu kapaċi jifilħu għal tal-anqas 5,000 libbri (22 kN).
Il-konnetturi jridu jkunu kompatibbli mal-komponenti tas-sistema ta' ankraġġ jew ma' dawk ta' sistemi oħra. Tużax
tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Il-konnetturi li mhumiex kompatibbli jistgħu jinħallu b'mod mhux intenzjonat (Ara Figura
5). Il-konnetturi għandhom ikunu kompatibbli fil-qies, forma, u saħħa. Jekk l-element ta' konnessjoni li miegħu jkun
marbut snap hook jew carabiner ikun ta' qies żgħir jew ikollu forma irregolari, tista' tinħoloq sitwazzjoni li fiha l-element ta'
konnessjoni japplika forza fuq il-bieba tas-snap hook jew carabiner (A). Din il-forza tista' tikkawża li l-bieba (B) tinfetaħ,
u tippermetti li s-snap hook jew carabiner jinħallu mill-punt tal-konnessjoni (C).
Snap hooks u carabiners self-locking huma meħtieġa mill-ANSI Z359 u l-OSHA.
2.9
KIF TAGĦMEL KONNESSJONIJIET: Snap hooks u carabiners użati ma' dan it-tagħmir għandhom ikunu tat-tip
self-locking (jingħalqu waħedhom). Kun żgur li l-konnessjonijiet huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Tużax tagħmir
li mhuwiex kompatibbli. Żgura li l-konnetturi kollha huma kompletament magħluqin u msakkrin.
Il-konnetturi ta' 3M (snap hooks u carabiners) huma ddisinjati biex jintużaw biss kif speċifikat fl-istruzzjonijiet għall-utent
tal-prodott ta' kull wieħed minnhom. Ara Figura 4 għal eżempji ta' konnessjonijiet mhux xierqa.Figura 6 Tikkonnettjax
snap hooks u carabiners:
A.
Ma' D-ring li għandu konnettur ieħor mqabbad miegħu.
B.
B'mod li jkun jista' jirriżulta f'tagħbija fuq il-bieba (gate). Throat snap hooks kbar m'għandhomx jiġu kkonnettjati ma'
D-rings ta' qies standard jew oġġetti simili li jwassal għal tagħbija fuq il-bieba jekk il-ganċ jew id-D-ring jitmejlu jew
iduru, sakemm is-snap hook użat ma jkunx mgħammar b'bieba ta' 3,600 lb (16kN). Iċċekkja l-marki fuq is-snap hook
tiegħek biex tivverifika li hu xieraq għall-applikazzjoni tiegħek.
C.
F'rabta falza (false engagement), fejn elementi li jisporġu mis-snap hook jew carabiner jaqbdu fuq l-ankra, u
mingħajr konferma viżwali jidhru li jkunu mqabbdin tajjeb mall-punt tal-ankraġġ.
D.
Ma' xulxin.
E.
Direttament mal-webbing jew il-ħabel tal-lanyard jew it-tie-back (sakemm l-istruzzjonijiet tal-manifattur kemm
għal-lanyard kif ukoll għall-konnettur ma jippermettux speċifikament tali konnessjoni).
F.
Ma' kwalunkwe oġġett li hu ffurmat jew għandu qisien b'mod li s-snap hook jew il-carabiner ma jingħalqux u ma
jissakkrux, jew jekk jista' jseħħ roll-out.
G.
B'mod li ma jħallix lill-konnettur jallinja tajjeb meta jkun taħt tagħbija.
189

Publicité

Table des Matières
loading

Table des Matières