Télécharger Imprimer la page

Siemens SIMATIC NET RUGGEDCOM RST2000 Serie Notice De Service page 104

Publicité

4.1
Il-manutenzjoni u t-tiswijiet
Il-prodott(i) deskritt(i) f'dan il-manwal għat-tħaddim oriġinali ma jeħtiġx/jeħtiġux manutenzjoni. Il-manifattur biss huwa
awtorizzat li jsewwi l-prodott(i).
PRUDENZA
Periklu ta' ħruq – riskju ta' korriment personali
Hemm riskju ta' ħruq waqt xogħol ta' manutenzjoni fuq partijiet b'wiċċ jaħraq aktar minn 70 °C (158 °F).
Ħu miżuri protettivi xierqa, pereżempju, ilbes ingwanti protettivi.
Malli jitlesta x-xogħol ta' manutenzjoni, erġa' implimenta l-miżuri ta' protezzjoni kontra l-mess.
4.2
Ir-riċiklaġġ u r-rimi
Il-prodott(i) deskritt(i) f'dan il-manwal għat-tħaddim oriġinali ma fihx/fihomx ħafna sustanzi li jniġġsu, jista'/jistgħu jiġi(u)
rriċiklat(i), u jissodisfa(w) ir-rekwiżiti tad-Direttiva WEEE 2012/19/UE dwar ir-rimi ta' tagħmir elettriku u elettroniku.
Tarmix tagħmir elettroniku f'siti pubbliċi għar-rimi tal-iskart.
Għar-riċiklaġġ favorevoli għall-ambjent u r-rimi ta' tagħmir elettroniku, ikkuntattja kumpanija ċċertifikata għall-ġestjoni ta'
tagħmir elettroniku mormi jew lir-rappreżentant tiegħek ta' Siemens.
Għal aktar informazzjoni, irreferi għal https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/109479891
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/109479891).
Innota li r-regolamenti nazzjonali jistgħu jvarjaw.
4.3
Aċċessorji
L-informazzjoni dwar l-aċċessorji approvati ssibha fid-dokumentazzjoni.
5
Approvazzjonijiet
Il-prodotti deskritti f'dan il-manwal għat-tħaddim oriġinali għandhom l-approvazzjonijiet elenkati hawn taħt.
Nota
Approvazzjonijiet maħruġa fuq il-pjanċa tal-klassifikazzjoni tat-tagħmir
Il-marki għall-approvazzjonijiet elenkati huma stampati fuq it-tikketta tal-prodott.
5.1
Unjoni Ewropea (UE)
Il-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandards li ġejjin:
EN 62368-1
6
Noti dwar iċ-ċibersigurtà
Siemens toffri prodotti u soluzzjonijiet b'funzjonijiet ta' Industrial Cybersecurity, li jappoġġjaw it-tħaddim sigur ta' impjanti,
sistemi, magni u netwerks.
Biex l-impjanti, is-sistemi, il-magni u n-netwerks jiġu protetti mit-theddid ċibernetiku, huwa meħtieġ li jiġi implimentat (u
jinżamm kontinwament) kunċett olistiku ta' Industrial Cybersecurity li jikkorrispondi mal-istat attwali tat-teknoloġija. Il-
prodotti u s-soluzzjonijiet ta' Siemens jiffurmaw parti minn kunċett bħal dan.
Il-klijenti huma responsabbli biex jipprevjenu aċċess mhux awtorizzat għall-impjanti, is-sistemi, il-magni u n-netwerks
tagħhom. Dawn is-sistemi, il-magni u l-komponenti għandhom jiġu konnessi biss man-netwerk tal-kumpanija jew mal-
Internet jekk u sal-punt li dan ikun meħtieġ u dejjem jekk ikunu ttieħdu l-miżuri protettivi xierqa (pereżempju firewalls u/jew
iżolament tan-netwerk).
104
Swiċċijiet tal-Industrial Ethernet fis-serje RUGGEDCOM RST2000
C79000-G8999-1656-01

Publicité

loading