AVVIŻ
Periklu ta' radjazzjoni – riskju ta' korriment personali serju.
Dan il-prodott jista' jkun fih sistema b'lejżer u huwa kklassifikat bħala PRODOTT TAL-LEJŻER TAL-KLASSI 1. L-użu
ta' kontrolli jew aġġustamenti kif ukoll it-twettiq ta' proċeduri għajr dawk speċifikati jista' jirriżulta f'espożizzjoni
għal radjazzjoni perikoluża.
AVVIŻ
Periklu ta' nar/elettriku/ħruq – riskju ta' korriment personali serju u/jew ħsara lit-tagħmir
Tużax partijiet li għandhom ħsara evidenti. Jekk tuża partijiet bil-ħsara, it-tagħmir jista' ma jaħdimx skont l-
ispeċifikazzjonijiet. Il-partijiet bil-ħsara jistgħu jwasslu għal:
•
Korriment ta' persunal
Telf ta' ċertifikazzjoni/approvazzjonijiet
•
Ksur ta' regolamenti dwar l-EMC
•
Ħsara lit-tagħmir jew lil komponenti oħra
AVVIŻ
Periklu ta' ħruq – riskju ta' korriment personali.
Wiċċ it-tagħmir jista' jsir jaħraq waqt it-tħaddim, jew minħabba t-temperatura ambjentali tal-arja.
Ilbes tagħmir protettiv personali xieraq u pproċedi bil-galbu meta taħdem bit-tagħmir jew madwaru.
TWISSIJA
Periklu elettriku – riskju ta' ħsara lit-tagħmir
Teċċedix il-klassifikazzjonijiet tal-vultaġġ tal-provvista tal-enerġija għal kull dħul tal-provvista tal-enerġija.
Pereżempju, jekk il-PS1 hija provvista ta' enerġija DC baxxa, tqabbadx it-terminals tal-PS1 ma' sors ta' enerġija
AC/DC għolja.
TWISSIJA
Periklu elettriku – riskju ta' ħsara lit-tagħmir
Tqabbadx kejbils tal-enerġija AC/DC ta' vultaġġ għoli (> 72 V) mat-terminals jekk ikun hemm modulu tal-
provvista tal-enerġija DC ta' vultaġġ baxx (12/24/48 V) installat fis-slott assoċjat. Il-modulu tiġrilu l-ħsara.
TWISSIJA
Periklu elettriku – riskju ta' ħsara lit-tagħmir
Tiskonnettjax il-konnessjonijiet tal-ert protettiv waqt li t-tagħmir ikun enerġizzat.
Power over Ethernet (PoE)
Dan li ġej japplika biss għall-prodotti bil-funzjoni ta' PoE:
AVVIŻ
Periklu ta' xokk elettriku – riskju ta' korriment personali
Il-provvista tal-enerġija PoE jrid ikollha konnessjoni lokali ma' provvista tal-enerġija PoE DC tal-ħruġ. Iżgura li s-
sors tal-enerġija għall-enerġija PoE jkun iżolat galvanikament mill-provvista ewlenija tal-elettriku u mix-xażi/mill-
ertjar b'iżolament mhux inqas qawwi minn 1500 VAC/2250 VDC.
PRUDENZA
Periklu elettriku – riskju ta' ħsara lit-tagħmir
Tikkonnettjax jew tiskonnettjax il-blokka tat-terminals PoE meta l-provvista tal-enerġija esterna tkun
enerġizzata.
4
Manutenzjoni, tindif, riċiklaġġ u aċċessorji
Swiċċijiet tal-Industrial Ethernet fis-serje RUGGEDCOM RST2000
C79000-G8999-1656-01
103