Siemens SIMATIC NET RUGGEDCOM RST2000 Serie Notice De Service page 101

Table des Matières
2. Żomm ukoll din il-verżjoni tad-dokumentazzjoni.
2.6
L-użu kif maħsub
Il-prodotti RUGGEDCOM huma maħsuba għall-użu f'ambjenti tipikament ħorox. Jekk tixtieq tuża l-prodott f'ambjent differenti,
iċċekkja l-kundizzjonijiet meħtieġa.
Il-prodott jista' jitħaddem biss minn persunal ikkwalifikat għall-kompitu speċifiku skont id-dokumentazzjoni rilevanti, b'mod
partikolari t-twissijiet u l-informazzjoni dwar is-sigurtà tiegħu. Abbażi tat-taħriġ u l-esperjenza tiegħu, il-persunal ikkwalifikat
huwa kapaċi jagħraf ir-riskji u jevita l-perikli li jistgħu jinqalgħu meta jimmaniġġja dan it-tagħmir.
AVVIŻ
L-użu xieraq
Il-prodotti RUGGEDCOM huma maħsuba għall-monitoraġġ ta' sottostazzjonijiet elettriċi u applikazzjonijiet oħra ta' missjoni
kritika. Jekk tixtieq informazzjoni dwar l-ambitu tal-applikazzjoni tal-prodott rispettiv (pereżempju l-kundizzjonijiet
ambjentali, l-użu potenzjali f'sistemi kritiċi għas-sikurezza), jekk jogħġbok irreferi għad-dokumentazzjoni rilevanti.
Jekk jintużaw prodotti u komponenti ta' partijiet terzi, dawn għandhom ikunu ġew rakkomandati jew approvati minn
Siemens. Sabiex il-prodotti u l-aċċessorji tagħhom joperaw b'mod sigur u mingħajr problemi, hemm il-ħtieġa ta' trasport,
ħażna, installazzjoni, assemblaġġ/żarmar, kummissjonar, tħaddim, manutenzjoni u dekummissjonar xierqa.
Hemm ir-riskju ta' mewt jew korriment serju jekk din it-twissija tiġi injorata.
Osserva n-noti fid-dokumentazzjoni assoċjata:
RUGGEDCOM RST2228/RST2228P (https://sieportal.siemens.com/su/bkLHU)
RUGGEDCOM RST2428P (https://sieportal.siemens.com/su/bkLHA)
2.7
Il-kompatibbiltà elettromanjetika
It-tagħmir RUGGEDCOM huwa maħsub biex jopera f'ambjenti li jeħtieġu Kompatibbiltà Elettromanjetika (EMC).
Iżgura li l-applikazzjoni tiegħek ġiet installata b'mod elettromanjetikament kompatibbli (EMC) kif deskritt fid-
dokumentazzjoni.
TWISSIJA
Emissjoni ta' interferenza / Immunità ta' interferenza
It-tħaddim tat-tagħmir jista' jikkawża interferenza tar-radju fiż-żoni residenzjali.
Huma meħtieġa miżuri addizzjonali jekk tkun mistennija interferenza elettromanjetika (EMI) ogħla fil-post tal-użu milli dak
maħsub għaż-żona skont EN 61000-6-2 (pereżempju ESD, protezzjoni minn vultaġġ żejjed).
3
Il-konnessjoni/l-installazzjoni u t-tneħħija
Swiċċijiet tal-Industrial Ethernet fis-serje RUGGEDCOM RST2000
C79000-G8999-1656-01
101
Table des Matières
loading

Table des Matières