Télécharger Imprimer la page

Siemens SIMATIC NET RUGGEDCOM RST2000 Serie Notice De Service page 100

Publicité

SIMATIC NET
Swiċċijiet tal-Industrial Ethernet fis-serje RUGGEDCOM
RST2000
Struzzjonijiet Kompatti għat-Tħaddim
Traduzzjoni tal-istruzzjonijiet oriġinali
1
L-iskop tal-validità
Dan id-dokument huwa validu għall-prodotti li ġejjin:
Prodott
RUGGEDCOM RST2228
RUGGEDCOM RST2228P
RUGGEDCOM RST2428P
2
Noti dwar is-sigurtà u l-konformità tal-prodott
2.1
Il-funzjoni
Is-swiċċijiet tar-racks fis-serje RUGGEDCOM RST2000 jipprovdu kapaċitajiet ta' Ethernet ta' 10 Gigabit b'diversi saffi u huma
ideali għal applikazzjonijiet li jirrikjedu bandwidth għolja u densità kbira ta' portijiet fl-industriji tal-enerġija elettrika, it-
trasport, iż-żejt u l-gass, u industriji oħra ta' infrastruttura kritika. Huma ġew iddisinjati biex jifilħu interferenza
elettromanjetika, żidiet qawwija fil-vultaġġ, temperaturi estremi kif ukoll umdità.
Kull prodott jista' jiġi kkonfigurat kompletament u joffri diversi funzjonijiet ta' ċibersigurtà, u b'hekk jifforma komponent ideali
f'kunċett olistiku u avvanzat ta' ċibersigurtà industrijali.
2.2
Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-UE u tar-Renju Unit
Id-dikjarazzjoni ta' Konformità tal-UE u tar-Renju Unit tinsab fl-Internet.
RUGGEDCOM RST2228/RST2228P (https://sieportal.siemens.com/su/bkLGS)
RUGGEDCOM RST2428P (https://sieportal.siemens.com/su/bkJur)
2.3
Id-dokumentazzjoni
Id-dokumentazzjoni sħiħa tikkonsisti minn struzzjonijiet dwar it-tħaddim u manwali tas-sistema. Id-dokumentazzjoni tinsab fl-
Internet.
RUGGEDCOM RST2228/RST2228P (https://sieportal.siemens.com/su/bkLHA)
RUGGEDCOM RST2428P (https://sieportal.siemens.com/su/bkLHU)
2.4
Kif taħżen id-dokumentazzjoni
Erfa' din id-dokumentazzjoni biex issibha meta tiġi bżonnha.
1. Niżżel id-dokumentazzjoni wara li tirċievi l-prodott iżda mhux aktar tard mill-assemblaġġ/l-ikkummissjonar inizjali.
2. Żomm din il-verżjoni tad-dokumentazzjoni.
2.5
Aġġornament tad-dokumentazzjoni
Id-dokumentazzjoni tal-prodott tiġi aġġornata b'mod diġitali. Il-karatteristiċi ġodda jingħataw f'verżjoni aġġornata,
speċjalment meta l-funzjonijiet jiġu estiżi.
1. Niżżel il-verżjoni attwali kif deskritt hawn fuq.
100
Nru tal-oġġett
6GK6222-6AB00
6GK6222-6PB00
6GK6242-6PD00
© Siemens 2025. Id-drittijiet kollha riżervati
C79000-G8999-1656-01

Publicité

loading