Télécharger Imprimer la page

Formlabs IBT Flex Resin Mode D'emploi page 35

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 6
1. Form Wash jew Form Wash L:
a. Aħsel għal 20 minuta fil-ħassiela mbagħad jew uża bexxiexa biex tlaħlaħ l-oġġetti bi Spirtu
Iżopropilku frisk jew għaddas l-oġġetti fi Spirtu Iżopropilku frisk għal 10 minuti.
b. Jekk wara li taħsel l-oġġetti ma jkunux jidhru ndaf, nissuġġerulek tibdel l-Ispirtu Iżopropilku użat
b'solvent frisk.
D. TNIXXIF
1. Neħħi l-oġġetti 3D mill-Ispirtu Iżopropilku u ħallihom jinxfu waħidhom għal mill-inqas 30 minuta.
ŻOMM F'MOĦĦOK: Il-ħin meħtieġ biex jinxfu jiddependi mill-ambjent tal-madwar u mit-tfassil
tal-oġġett innifsu. Tħallix l-oġġetti fl-Ispirtu Iżopropilku iktar milli meħtieġ.
2. Iċċekkja l-oġġetti 3D biex tara li huma nodfa u nixfin. Qabel tgħaddi għall-passi li jmiss, m'għandu
jkun fadal l-ebda fdalijiet tas-solvent, reżina likwida żejda jew fdalijiet oħra fuq l-uċuħ.
3. Jekk ikun għad hemm xi fdalijiet tas-solvent, ħalli l-oġġetti 3D jinxfu iktar fit-tul. Jekk ikun għad
hemm xi fdalijiet tar-reżina, erġa' aħsel l-oġġetti 3D sakemm jindafu u jinxfu.
E. WARA T-TNIXXIF
Qiegħed l-oġġetti 3D stampati f'tagħmir għat-tnixxif validat minn Formlabs u nixxifhom għall-ħin meħtieġ.
1. Form Cure jew Form Cure L:
a. Għaddas l-oġġetti f'kontenitur trasparenti mimli bl-ilma. Qiegħed il-kontenitur fit-tagħmir
tat-tnixxif u nixxef għal 30 minuta f'temperatura ta' 70 °C.
b. Ħalli t-tagħmir tat-tnixxif jibred għat-temperatura tal-kamra bejn sessjoni ta' tnixxif u oħra.
2. Fast Cure: L-għażliet addattati għal Fast Cure se jkunu disponibbli dalwaqt.
F. TNEĦĦIJA TAL-APPOĠĠ U ILLOSTRAR
1. Neħħi l-appoġġi bi plier tas-snien jew għodod għall-ipproċessar aħħari oħra apposta.
2. Ara li l-oġġett 3D ma jkunx ixxaqqaq. Armih jekk issib xi ħsara jew xquq.
G. TINDIF U DIŻINFEZZJONI
1. Tista' tnaddaf u tiddiżinfetta l-oġġetti skont ir-regoli tal-faċilità. Metodu għad-diżinfezzjoni pruvat:
qiegħed l-ġġetti fi spirtu ta' 70% frisk u ħallih hemm għal ħames minuti. Tħallix l-oġġett fl-ispirtu
għal iktar minn ħames minuti.
2. Wara t-tindif u d-diżinfezzjoni, iċċekkja li l-oġġett ma jkunx fih ħsarat jew xquq biex tiżgura li l-oġġett
li tkun fassalt ikun jista' jaqdi l-iskopijiet mekkaniċi tiegħu. Armih jekk issib xi ħsara jew xquq.
H. REKWIŻITI U SUĠĠERIMENTI OĦRA MARBUTA MAL-UŻU
1. Għall-imfarad użati għat-tekniki tat-tiswija megħjuna, uża materjal farradi biex tnaqqas it-twaħħil
tal-mafrad mal-materjal kompost.
I. PERIKLI, ĦAŻNA U RIMI
1. Ir-raża mnixxfa mhix perikoluża u tista' tintrema mal-bqija taż-żibel.
2. Għal iktar informazzjoni aqra s-Safety Data Sheet billi żżur support.formlabs.com.

Publicité

loading

Produits Connexes pour Formlabs IBT Flex Resin