Télécharger Imprimer la page

Formlabs IBT Flex Resin Mode D'emploi page 34

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 6
IBT Flex Resin huwa raża msejsa fuq il-polimeri li jinxef bid-dawl u li tfassal biex jintuża għall-ħolqien ta'
apparat tas-snien bħal imfared ta' tagħqid indirett u mfared għat-tekniki għat-tiswija megħjuna, li jista'
jinbena saff saff u li jkun bijokompatibbli, jista' jintuża fit-tul u li jista' jinqala'. Fil-Gwida għall-Manifatturi
se ssib is-suġġerimenti dwar l-apparat, l-istampar u l-ipproċessar aħħari u r-rekwiżiti meħtieġa biex
dal-materjal jintuża kif suppost u b'mod sigur.
Qejsien Partikolari għall-Manifattura
Il-qejsien tal-IBT Flex Resin ġew validati bit-tagħmir u l-paramenti indikati t'hawn taħt. Biex nikkonfermaw
li għandu l-ħtiġijiet tal-bijokompatibbiltà kollha, għall-validazzjoni użajna tank tar-raża, pjattaforma
tal-oġġetti, ħassiela u apparat għall-ipproċessar aħħari apposta li ma tħalltu ma' ebda raża oħra.
1. Tagħmir:
a. Formlabs 3D Printer: Form 3B/3B+, Form 3BL
b. Aċċessorji tal-Printer: Formlabs Build Platform, Formlabs Stainless Steel Build Platform,
Formlabs Build Platform 2, Formlabs Build Platform 2L, Tankijiet Formlabs
2. Softwer:
a. Formlabs PreForm
3. Parametri tal-istampar:
a. Xaqliba tal-oġġett 3D:
Għall-Għażliet tal-Istampar 200μm: Stampa l-oġġetti ċatti fuq il-pjattaforma tal-oġġetti
mingħajr appoġġi.
Għall-Għażliet tal-Istampar 100μm u 50μm: L-oġġetti jistgħu jiġu stampati b'mod ċatt fuq
il-pjattaforma tal-oġġetti mingħajr appoġġi. Jekk tixtieq tista' tistampa l-oġġetti fuq l-appoġġi
b'xaqliba mhux ikbar minn 40°, bil-wiċċ intaglio jħares 'il bogħod mill-pjattaforma tal-oġġetti.
L-Għażliet tal-Istampar 50μm u 200μm jistgħu jintużaw biss ma' Form 3B/3B+
b. Ħxuna tal-Oġġett: mill-inqas 1mm
4. Apparat għall-Ipproċessar Aħħari Suġġerit:
a. Ħassiela Validata minn Formlabs: Form Wash, Form Wash L
b. Tagħmir għat-Tnixxif Validat minn Formlsb: Form Cure, Form Cure L
A. STAMPAR
1. Heżżeż l-istoċċ: Heżżeż l-istoċċ kull darba li tkun se tistampa xi ħaġa. Jekk l-istoċċ ma jiġix
mheżżeż biżżejjed, l-ilwien jafu ma joħorġux sew u/jew il-proċess tal-istampar jaf ma jirnexxix.
2. Tħejjija: Daħħal stoċċ bir-reżina fi stampanti Formlabs 3D kompatibbli.
3. Stampar:
a. Uża s-softwer PreForm biex tħejji x-xogħol li għandu jiġi stampat. Daħħal il-fajl STL għall-oġġett
3D li tixtieq tistampa.
b. Qiegħed u oħloq l-appoġġi jekk ikun meħtieġ.
c. Ibgħat ix-xogħol lill-printer.
d. Mhux obbligatorja: Jekk it-tank tar-reżina jkun vojt, tista' tiffranka l-ħin billi timla t-tank mill-qabel
billi tferra' r-reżina direttament mill-istoċċ int stess.
e. Ibda stampa billi tagħżel ix-xogħol għall-istampar mill-menù tal-istampar. Imxi mal-istruzzjonijiet
u agħmel l-għażliet li jistgħu jintwerew fuq l-iskrin tal-printer. Il-printer se jistampa kollox
awtomatikament.
B. TNEĦĦIJA TAL-OĠĠETTI 3D
Neħħi l-pjattaforma tal-oġġetti mill-printer. Biex tneħħi l-oġġetti mill-pjattaforma tal-oġġetti, daħħal
il-kunjard għat-tneħħij tal-oġġetti taħt l-oġġett stampat u dawwar l-għodda. Għal tekniki iktar dettaljati
żur support.formlabs.com.
C. ĦASIL
Qiegħed l-oġġetti 3D stampati f'ħassiela validata minn Formlabs bi Spirtu Iżopropilku (IPA)
f'konċentrazzjoni ta' 99%.

Publicité

loading

Produits Connexes pour Formlabs IBT Flex Resin