Télécharger Imprimer la page

Siemens SIMATIC HMI Mobile Panels 2nd Generation Mode D'emploi page 61

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 12
AVVIŻ
Periklu minħabba vultaġġ/kurrent
Wettaq biss xogħol ta' assemblaġġ u żarmar meta l-apparat ikun skonnettjat mill-provvista tal-enerġija.
AVVIŻ
Vultaġġ sikur u funzjonali baxx ħafna iżjed min-normal
Il-prodott għandu jitħaddem b'vultaġġ sikur u funzjonali baxx ħafna iżjed min-normal (SELV, PELV). Għal aktar informazzjoni
dwar il-vultaġġ sikur u funzjonali baxx ħafna iżjed min-normal, irreferi għall-istruzzjonijiet tat-tħaddim.
Ikkonforma man-noti u t-twissijiet fl-istruzzjonijiet tat-tħaddim.
Il-kompatibbiltà elettromanjetika
L-apparat HMI huwa maħsub biex jitħaddem fil-klassi ambjentali industrijali tal-EMC.
Iżgura li l-installazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti dwar l-EMC kif deskritt fl-istruzzjonijiet tat-tħaddim.
TWISSIJA
Emissjoni ta' interferenza/immunità ta' interferenza
It-tħaddim tal-apparat HMI jista' jikkawża interferenza tar-radju fiż-żona tal-għixien.
Huma meħtieġa miżuri addizzjonali jekk ikunu mistennija interferenzi EMC ogħla fil-post tal-użu minn dawk maħsuba għall-
ambjenti industrijali skont l-EN61000-6-2 (pereżempju l-ESD).
Periklu mekkaniku
AVVIŻ
Korriment personali u ħsara lill-proprjetà jekk jaqa' l-apparat
Jekk il-Mobile Panel ma jitqandilx kif suppost jew mhux installat sew fil-brakit tal-ħajt, l-apparat HMI jista' jaqa'. Dan jista'
jwassal għal korriment personali jew ħsara lill-proprjetà.
Osserva l-informazzjoni dwar kif għandu jiġi mmaniġġjat l-apparat HMI fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim.
Iċċekkja l-integrità tal-apparat HMI jekk ikun waqa' aċċidentalment. Ibdel l-apparat HMI bil-ħsara mingħajr dewmien.
AVVIŻ
Korriment personali jew ħsara lill-proprjetà f'konnessjoni mal-kejbil tal-konnessjoni
Jekk xi kejbil tal-konnessjoni jinsab mal-art jew mhux imqabbad sew fil-brakit tal-ħajt, dan joħloq periklu ta' tgerbib u jista'
jiġi espost għal aktar stress mekkaniku. Dan jista' jwassal għal korriment personali jew ħsara lill-proprjetà.
Osserva n-noti dwar kif għandu jiġi mmaniġġjat il-kejbil tal-konnessjoni fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim. Iċċekkja l-integrità
tal-kejbil tal-konnessjoni regolarment. Ibdel il-kejbil tal-konnessjoni bil-ħsara mingħajr dewmien.
Grad ta' protezzjoni IP65
AVVIŻ
Korriment personali jew ħsara lill-proprjetà minħabba siġilli danneġġati jew konnessjonijiet plug-in miftuħin
Fl-istat installat sew u bil-kejbil tal-konnessjoni mdaħħal, is-sistema ġenerali tal-"Mobile Panel 2nd Generation" għandha
grad ta' protezzjoni IP65. Jekk is-siġilli tal-apparat jiġrilhom il-ħsara, pereżempju, matul ix-xogħol ta' manutenzjoni, jew jekk
xi interfaċċji ġew esposti, tista' tidħol l-umdità jew jippenetraw xi likwidi fl-apparati. Dan jista' jikkawża short circuit jew xokk
elettriku u jwassal għal korriment personali jew ħsara lill-proprjetà.
Iċċekkja l-apparati u s-siġilli tagħhom għall-integrità qabel l-assemblaġġ. Oqgħod attent/a li ma tagħmilx ħsara lis-siġilli tal-
apparat waqt ix-xogħol ta' assemblaġġ u manutenzjoni.
Il-Mobile Panel għandu dejjem jitħaddem bl-għatu tal-kompartiment tal-konnessjoni installat sew u bl-għatu siġillanti tal-
interfaċċja USB imqabbad. Iżgura li l-kejbil tal-konnessjoni huwa mqabbad sew mal-kaxxa tal-konnessjoni. F'kaxxi tal-
konnessjoni li mhumiex konnessi ma' Mobile Panel, iffittja l-għatu siġillanti mas-sokit tal-konnessjoni.
60
Mobile Panels 2nd Generation
A5E51884596-AB, 12/2022

Publicité

loading