Télécharger Imprimer la page

Kenwood PKT-23E Guide Simplifie page 63

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 5
INFORMAZZJONI DWAR IL-BATTERIJA
Il-pakkett tal-batterija jinkludi oġġetti li jistgħu jieħdu n-nar bħal solvent organiku. Użu ħażin jista' jikkawża l-batterija biex
tinqasam u tipproduċi fjamma jew sħana eċċessiva, jew tikkawża tipi oħra ta' danni lill-batterija. Jekk jogħġbok osserva
dawn il-materji projbittivi li ġejjin.
PERIKLU
◆ Iżżarmax jew terġa' tarma l-batterija mill-ġdid.
◆ Tixxortjax il-batterija.
◆ Taħraqx jew tagħmilx sħana mal-batterija.
◆ Tħallix il-batterija ħdejn nirien, stuvi jew ġeneraturi oħra ta' sħana (żonni li jaqbżu t-80°C).
◆ Iddaħħalx il-batterija fl-ilma jew ixxarabha b'xi mod ieħor.
◆ Tiċċarġjax il-batterija ħdejn in-nirien jew taħt xemx diretta.
◆ Uża biss iċ-charger speċifikat u osserva r-rekwiżiti tal-iċċarġjar.
◆ Toqrosx il-batterija b'xi oġġetti, ittihix daqqiet b'xi strument jew titla' fuqha.
◆ Tbandalx u twaddabx il-batterija.
◆ Tużax il-pakkett tal-batterija jekk għandha xi tip ta' ħsara.
◆ Tistanjax direttament mal-batterija.
◆ Tinvertix il-polarità tal-batterija (u t-terminali).
◆ Twettaqx reverse-charge jew reverse-connect bil-batterija.
◆ Tmissx batterija maqsuma jew li qed tqattar. Jekk likwidu tal-elettroliti mill-batterija jidħol f'għajnejk, aħsel għajnejk bl-ilma frisk
kemm jista' jkun malajr, mingħajr ma' togħrok għajnejk. Mur l-isptar immedjatament. Mingħajr trattament, dan jista' jikkawża problem
fl-għajnejn.
TWISSIJA
◆ Tiċċarġjax il-batterija għal aktar mill-ħin speċifikat.
◆ Tpoġġix il-pakkett tal-batterija f'microwave jew kontenitur bi pressjoni għolja.
◆ Żomm pakketti tal-batterija maqsumin jew li qed iqattru 'l bogħod min-nar.
◆ Tużax batterija difettuża.
2
< PO_NOTICE >

Publicité

loading