Siemens SIMATIC ET 200S Instructions De Service page 223

Masquer les pouces Voir aussi pour SIMATIC ET 200S:
Table des Matières

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 180
Manutenzjoni
Fil-każ li jkollhom bżonn tiswija, il-komponenti / modules ikkonċernati għandhom
jintbagħtu fil-post ta' manifattura. It-tiswijiet jistgħu jsiru biss f'dan il-post.
Kundizzjonijiet Speċjali għal:
KEMA 01
KEMA 02
KEMA 03
1. Komponenti / modules għandhom jiġu mmontati ġewwa lqugħ addattat. Dan l-
ilqugħ għandu jiggarantixxi protezzjoni li tkun mill-inqas tat-tip IP 54 (skond
EN 60529). Inti u tagħmel hekk, trid taħseb għall-kundizzjonijiet ambjentali ta'
waqt l-installazzjoni ta' l-apparat. Għall-ilqugħ, irid ikun hemm dikjarazzjoni tal-
fabbrikant li tgħid li dan huwa tajjeb għaż-żona 2 (skond EN 60079-15).
2. Jekk fil-kejbil, jew fil-kaxxa mad-daħla għall-kejbil, tintlaħaq temperatura ta'
aktar minn 70 °C taħt kundizzjonijiet ta' ħidma, jew jekk fil-post fejn jinfirdu l-
wajers jista' jkun hemm temperatura ogħla minn 80 °C, il-kejbil irid ikollu
karatteristiċi li jifilħu għal dawn it-temperaturi.
3. Id-daħliet għall-kejbil li jintużaw iridu jikkonformaw mat-tip ta' protezzjoni IP
mitluba u mat-taqsima 6.2 (skond EN 60079-15).
4. Iridu jittieħdu miżuri biex il-vultaġġ nominali ma jinqabiżx b'aktar minn 40%.
Kundizzjonijiet speċjali għal KEMA 04 ATEX 1151X
1. Il-plugs tat-tip PROFIBUS-Bus Connector jeħtieġu jiġu installati b'mod li jiżgura
protezzjoni kontra kull periklu mekkaniku.
2. Jekk id-dħul ta' l-umdità jew tat-trab ma jistax jiġi eskluż, jeħtieġu jiġu installati
plugs tat-tip PROFIBUS-Bus Connector tan-Numru Serjali 6ES7972-... f'ilqugħ
adegwat. Dan l-ilqugħ jeħtieġ jissodisfa l-klassi ta' protezzjoni IP 54 (b'mod
konformi ma' EN 60529) bħala standard minimu.
3. Il-plugs tat-tip PROFIBUS-Connector jeħtieġu jiġu installati skond l-istruzzjonijiet
u bil-viti pprovduti.
4. It-tqabbid u/jew skonnettjar ta' wajers bil-kurrent fihom u l-użu ta' swiċċijiet,
jiġifieri għal għanijiet ta' installazzjoni jew manutenzjoni huwa permess biss jekk
iż-żona m'hijiex waħda li fiha riskju ta' splużjoni.
Product Information on the Use of subassemblies/modules in a Zone 2 Hazardous Area
A5E00352937-04
Malti
ATEX 1238X
ATEX 1096X
ATEX 1125X, ATEX 1228X
51

Publicité

Table des Matières
loading

Table des Matières