Télécharger Imprimer la page

Porsche 95B.044.831 Manuel D'instructions page 64

Publicité

A.4
L-istruzzjonijiet dwar is-Sigurtà għandhom jinżammu għal kwalunkwe referenza fil-futur u biex
jiġi żgurat li kull utent ieħor tat-trasportatur tar-rota huma familjari mal-kontenut li hemm fihom.
Twaħħil
B.0
B.1
Iċċekkja l-istruzzjonijiet ta' assemblaġġ biex tiżgura li l-parts kollha meħtieġa tat-trasportatur
huma inklużi.
B.2
Aqra sew u segwi l-istruzzjonijiet ta' assemblaġġ u l-lista ta' rakkomandazzjonijiet bir-reqqa, jekk
il-lista tkun ikluża. imbagħad waħħal l-unità skont is-sekwenza t-tajba, billi ssegwi 1, 2, 3 u l-bqija.
B.3
Tippruvax twaħħal it-trasportatur b'xi mod ieħor għajr il-mod muri fl-istruzzjonijiet tal-immuntar.
B.4
Fil-każ tat-trasportatur immuntat mas-saqaf, jekk ma tingħata l-ebda pożizzjoni ta' twaħħal
speċjali fl-istruzzjonijiet ta' assemblaġġ, ara li hemm distanza minima ta' 700mm bejn l-ixtilliera
ta' quddiem u ta' wara.
B.5
It-tagħbija ma tistax taqbeż l-wiesgħa tat-trasportatur tat-tagħbija, u għandha tinfirex b'mod
uniformi fuq it-trasportatur tat-tagħbija u bl-inqas ċentru ta' gravità possibbli.
C.0
Tagħbija
C.1
It-tagħbija massima tat-trasportatur, kif speċifikata fl-istruzzjonijiet tal-armar, m'għandhiex
tinqabeż. Barra minn hekk, it-tagħbija massima rakkomandata għall-vettura nnifisha dejjem
tieħu prijorità fuq it-tagħbija speċifikata fl-istruzzjonijiet tal-assemblaġġ. Dejjem it-tagħbija
massima baxxa tapplika u m'għandhiex tinqabeż.
C.2
It-tagħbija massima għat-trasportatur, kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-assemblaġġ, tapplika
għal vetturi mexjin kif ukoll għal vetturi pparkjati.
C.3
It-tagħbija trid titwaħħal sewwa. M'għandhomx jintużaw bungees elastiċi.
C.4
Iċċekkja u taqbiżx il-piż massimu għal kull rota kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-immuntar.
C.5
It-trasportatur magħmul biex iżomm roti ta' daqs standard biss. Roti tat-tip tandem
m'għandhom jinġarru mit-trasportatur. Dejjem iċċekkja li ma taqbiżx id-daqs (dijametru)
massimu tar-rota speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-immuntar.
C.6
Fil-każ ta' roti b'oqfsa jew frieket tal-karbonju, dejjem ikkonsulta mal-manifattur jew in-negozjant
tar-rota biex tiċċekkja jekk tistax tuża t-trasportatur.
Porsche ma jassumi l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe ħsara li ssir lill-oqfsa jew lill-frieket tal-
C.7
karbonju waqt l-immuntar u/jew l-użu tat-trasportatur.
C.8
Il-partijiet kollha li jinqalgħu faċilment minn mar-roti għandhom jitneħħew qabel it-trasport,
inklużi iżda mhux limitati għal sits, basktijiet, serraturi (jekk mhux immuntati b'mod permanenti)
u pompi tal-arja. Dawn il-partijiet jistgħu jinqalgħu waqt it-trasport minħabba żieda fir-reżistenza
għall-arja u l-vibrazzjoni u jistgħu jwasslu f'periklu għal utenti oħra tat-triq.
Karatteristiċi u regolamenti tas-sewqan
D.0
D.1
Iċċekkja l-irbit tat-tagħbija regolarment.
D.2
Is-sewwieq tal-vettura huwa unikament responsabbli biex jiżgura li t-trasportatur ikun
f'kondizzjoni perfetta u li t-trasportatur u t-tagħbija huma mwaħħlin sew (anke jekk ikunu
twaħħlu minn terza persuna).
D.3
Kull darba li jintuża t-trasportatur, iċċekkja li t-trasportatur huwa mwaħħal sewwa wara sewqan
fuq distanza qasira (50km) u mbagħad f'intervalli regolari. Jekk tinnota xi ħoss mhux tas-soltu,
moviment tat-tagħbija u/jew tat-trasportatur, imġiba differenti tal-vettura jew kundizzjonijiet
oħra mhux tas-soltu, ieqaf u vverifika li t-trasportatur u t-tagħbija huma mwaħħlin sewwa, u
skont l-istruzzjonijiet tal-immuntar.
D.4
It-tul u/jew l-għoli totali tal-vettura jistgħu jikbru meta jkun armat trasportatur. Ir-roti nfushom
jistgħu jżidu l-wisa' u l-għoli totali tal-vettura. Oqgħod attent ħafna meta tirriversja u/jew tidħol
f'garaxxijiet jew laneċ eċċ.
D.5
Ibdel kwalunkwe parti mit-trasportatur li għandha l-ħsara jew intużat ħafna immedjatament.
Matul it-trasport, il-lievi, il-boltijiet u/jew il-ġewż kollha għandhom jissikkati skont l-istruzzjonijiet
tal-immuntar.
D.6
It-trasportaturi mgħammra b'serratura għandhom dejjem ikunu fil-modalità msakkra. Iċ-ċwievet
għandhom jitneħħew u jinżammu ġol-vettura waqt it-trasport.
D.7
Kun af li l-karatteristiċi ta' sewqan tal-vettura u l-mod kif tibbrejkja (inklużi fil-kurvi) jistgħu
jinbidlu u li l-vettura tista 'ssir suxxettibbli għall-irjieħ mill-ġenb meta t-trasportatur ikun
mgħammar.
5560031001
64

Publicité

loading